Merħba!

Il-Moviment Solidarjetà jilqgħak fis-sit elettroniku tiegħu.

Il-Moviment Solidarjetà, mwaqqaf oriġinalment fl-2017 bħala 'IMPENN', huwa moviment soċjali li qed ifittex li jiskatta 'momentum' fil-gżejjer Maltin ta għarfien dwar kif il-politika fir-Repubblika ta' Malta għandha tkun ippjanata b'mod għaqli minn valuri ispirati min dawk umani u Nsara, li ma jpoġġux l-ewwel il-klassi politika u l-'big business' magħhom, imma il-valur tal-Ħajja, tal-Familja u tal-Libertà. Dawn il-valuri huma l-qofol ta' kull soċjetà, speċjalment dik Maltija.
L-ekonomija liberali tkisser lil bniedem, peress illi thedded li tiżvaluta u ġġib fix-xejn il-valur tal-Ħajja, tal-Familja u tal-Libertà.  

Għalhekk il-Moviment Solidarjetà jimpenja l-ħidma tiegħu sabiex jiġġieled dan il-liberaliżmu u loġika ta "Xejn m'hu Xejn" permezz ta' ħidma maħsuba biex iżżomm il-valuri umani ħajjin fis-soċjetà Maltija.

Edwin Vassallo
Ko-ordinatur tal-Moviment Solidarjetà
u Preżentatur ta'
'Ħajja, Familja, Libertà'